Skip to main content
Marelli

Marelli

By Maria Formosa

Marelli huwa proġett ta' ALS Malta+ bi preżentazzjoni ta' Maria Formosa. Maria ser tkun qiegħda tlaqqana ma' persuni li b'xi mod għinu jew għandhom x'jaqsmu mal-fondazzjoni. Ser niskopru ftit l-istorja tagħhom u xi tfisser għalihom l-għajnuna ta' ALS Malta. Dan il-podkast ser ikun qed iservi biex tiżdied l-għarfien fuq mard newreloġiku u titqajjem kuxjenza fuq suġġetti relevanti.
Currently playing episode

Ep8: Marelli - Undercover

MarelliSep 14, 2022

00:00
23:34
Ep8: Marelli - Undercover

Ep8: Marelli - Undercover

Ġurnalista għal-għoxrin sena, l-ewwel editur mara ta’ gazzetta f’Malta, attivista, omm u illum il-ġurnata hija l-Ministru tal-inklużjoni f’pajjiżna. Julia Farrugia Portelli rrakkontatilna kif hi minn dejjem kellha għal qalbha l-inklużjoni u dejjem taħdem u tistinka biex il-valuri li tant temmen fihom taqsamhom man-nies tas-soċjeta’.

Sep 14, 202223:34
Ep7: Marelli - Pygama

Ep7: Marelli - Pygama

Carmen kienet mara dejjem pulita, tħobb titkellem, toħroġ u tiżfen – “kienet tħobb il-ħajja” tgħidilna t-tifla tagħha Juanita. L-ewwel sintomi ta’ Carmen kien fil-vuċi, bdiet titkellem donna fis-sakra u waslet li stat fejn ma setgħetx titkellem aktar. L-ALS kienet kiefra magħha u għamlet biss sentejn bil-marda.

Sep 06, 202220:04
Ep6: Marelli - Playstation

Ep6: Marelli - Playstation

Minħabba l-kundizzjoni tal-MS, Mark għal żmien twil kien imsakkar fid-dar tiegħu, ma setax joħroġ minħabba n-nuqqas t'aċċessibilita. Oħtu Lorraine għamlet minn kollox biex tgħinu.

Din hija l-istorja ta' Mark, ex-sprayer, ġentlom mill-kbar u ftit nebbiexi. Lorraine f'dan il-podkast irrakuntat ftit mill-praspar li kien jagħmel meta kien żgħir.

Aug 31, 202225:07
Ep5: Marelli - Parrukkier

Ep5: Marelli - Parrukkier

Jekk inti minn Birkirkara mela żgur taf lil Mario l-Parrukkier. Mario kien raġel ta' talent kbir, għall-familja kien jagħmel kollox, dejjem lest li jgħin u jara li martu ma jonqosha xejn. Iżda Mario taqbdu l-kundizzjoni tal-ALS u jispiċċa pparalizzat u bla vuċi.

Rita, t-tifla tiegħu, iltaqgħet ma' Maria u rrakkuntat l-istorja ta' missierha. Dan hu episodju sabiħ ħafna fejn tista' tammira l-imħabba bla tarf li Rita għandha lejn missierha.

Marelli hu podkast imexxi minn Maria (marti) bil-għan li nżidu aktar għarfin fuq il-kundizzjoni u x'tagħmel ALS Malta +.

Aug 22, 202228:19
Ep4: Marelli - Springrolls

Ep4: Marelli - Springrolls

L-ewwel darba li Christine u Bjorn iltaqgħu kienu ftit wara l-ewwel maratona ġbir ta’ fondi. Dakinhar Christine marret mal-mama’ tagħha biex tagħti donazzjoni lil Bjorn. Inzerta li kienet ipparkjat il-bogħod ħafna u kellha timxi mhux ħażin. Il-laqgħa ma tantx damet, xħin kienet ser titlaq Christine ifettilha tistaqsi lil Bjorn jekk kellux bżonn għajnuna.

“Kull m’għandi jumejn fil-ġimgħa, nista’ ngħinek? … u ħatafni fil-kelma” tgħid Christine.

Aug 17, 202221:23
Ep3: Marelli - Tieġ

Ep3: Marelli - Tieġ

Waqt Marelli Joan irrakuntat il-ferħ li ħasset meta Charlie instablu post ġewwa DAR Bjorn Qormi. “Wisq għal qalbi li l-bambin tah ix-xorti li qiegħed f’DAR Bjorn. Imdawwar b’imħabba… Kont nervuża  u kont qtajt qalbi, imma issa kalma” tgħid Joan.

Aug 10, 202221:35
Ep2: Marelli - "X'ġara llum?"
Jul 04, 202225:23
Ep1: Marelli - Żewġ Ambulanzi

Ep1: Marelli - Żewġ Ambulanzi

Fl-ewwel episodju tas-sensiela Marelli niltaqgħu ma' Carmen Formosa, omm Bjorn. Carmen tirrakonta kif wara l-ikla tal-Għid fejn kienet mistiedna għand Bjorn, Bjorn jgħidilha li beda jħoss sintomi tal-"agħar marda tad-dinja". Carmen tirrakonta kif rat lit-tifel tagħha jinbidel. Għaliex spiċċaw marru żewġ ambulanzi għall-Bjorn? Tabilħaqq, x'taħseb Carmen fuq il-mara tat-tifel tagħha? Segwi dan l-ewwel episodju.

Apr 27, 202233:26