Skip to main content
Xpatapumm! Kotba u paroli għat-tfal

Xpatapumm! Kotba u paroli għat-tfal

By Merlin Publishers
Podcast dwar kotba, stejjer u rakkonti għat-tfal, bil-Malti. Flimkien ma’ Clare Azzopardi u Chris Gruppetta, u mistednin oħra …

[ Logo ta’ Moira Scicluna Zahra ]
Listen on
Where to listen
Apple Podcasts Logo

Apple Podcasts

Breaker Logo

Breaker

Google Podcasts Logo

Google Podcasts

Overcast Logo

Overcast

Pocket Casts Logo

Pocket Casts

RadioPublic Logo

RadioPublic

Spotify Logo

Spotify

Currently playing episode

Id-disa' podcast

Xpatapumm! Kotba u paroli għat-tfal

Id-disa' podcast

Xpatapumm! Kotba u paroli għat-tfal

1x
Il-podcast bonus
Podcast bonus mis-sensiela “Xpatapumm!” li bih se nagħlqu dis-sensiela. Għall-aħħar darba, Clare u Chris se jparlaw, se jaqraw u se jaqgħu salt kotba fuq rashom … Tlaqna! *Grazzi lil kull min ta sehmu biex dal-podcast seta’ jseħħ. Lil Moira Scicluna Zahra tal-illustrazzjoni, lill-mistiedna Trevor Żahra, Noel Tanti, John A. Bonello u Leanne Ellul. U ovvjament, fuq kollox, lil Clare Azzopardi talli b’tant entużjażmu daħlet għal dan il-proġett flimkien mal-Merlin!
27:07
June 30, 2020
L-għaxar podcast
L-għaxar podcast mis-sensiela “Xpatapumm!” F’dal-episodju, Clare u Chris ibaħħru mal-pirati, fuq l-ibħra mwiegħra fit-tfittxija għal kull tip ta’ teżor. U fit-tbaħħir tagħhom, jiltaqgħu ma’ mistiedna oħra tassew speċjali, li taqra silta minn ktieb dwar tifel u … skojjattlu …
21:39
June 23, 2020
Id-disa' podcast
Id-disa' podcast mis-sensiela Xpatapumm! Clare u Chris għoġbithom tal-ivvjaġġar, u llum ħejjew podcast ieħor mimli vjaġġi ma' kullimkien.
21:07
June 16, 2020
It-tmien podcast
It-tmien podcast fis-sensiela “Xpatapumm!” Illum interrqu qalb il-misteru u l-avventura, u nirkbu fuq magna taż-żmien. Fejn se teħodna? Li hu żgur, li se tlaqqagħna ma’ mistieden ieħor speċjali fuq il-podcast: awtur ta’ waħda mill-iżjed sensiliet popolari tal-aħħar snin, b’karattru li ma jgħaddix inosservat …
22:57
June 9, 2020
Is-seba' podcast
Is-seba’ podcast fis-sensiela “Xpatapumm!” Clare u Chris jiskopru teżor dwar personaġġi mhux tas-soltu, u bejn parlata u oħra jsibu ruħhom f’tempju ta’ dak kollu li hu tajjeb u irreżistibbli. L-ewwel podcast għat-tfal bil-Malti jżomm l-appuntament tiegħu ta’ kull nhar ta’ Tlieta b’episodju ieħor super-speċjali!
20:40
June 2, 2020
Is-sitt podcast
Is-sitt podcast fis-sensiela “Xpatapumm!”. Clare u Chris itaqtqu - bħas-soltu - dwar kotba, qari u kulma jaqa’ għal fuqhom mill-ixkafef mgħobbijin kotba u stejjer. U mill-annimali domestiċi favoriti sal-qari bil-moħbi billejl taħt il-kutri, xejn ma jaħarbilhom …
19:41
May 26, 2020
Il-ħames podcast
Il-ħames podcast fis-sensiela “Xpatapumm!”. Clare u Chris jixxennqu għal għajnuna maġika li tweġbilhom il-mistoqsijiet kollha tal-ħajja. U, wara s-suċċess tal-mistieden tal-ġimgħa l-oħra, għandhom mistieden speċjali ieħor illum biex jaqralna storja … jew tnejn …
20:59
May 18, 2020
Ir-raba’ podcast
Ir-raba’ podcast fis-sensiela “Xpatapumm!”. Dil-ġimgħa għandha mistieden speċjali ħafna ħafna: Trevor Żahra, li se jaqralna minn ktieb ġdid fjamant tiegħu! U intant, Clare u Chris joħolmu dwar is-superpoteri …
26:15
May 12, 2020
It-tielet podcast
It-tielet podcast fis-sensiela “Xpatapumm!”. Dil-ġimgħa d-diskors jaqa’ fuq l-aljeni, fuq il-qarabagħli u fuq żewġ aħwa mqarbin ħafna. U jaqgħu l-kotba wkoll … L-ewwel podcast għat-tfal bil-Malti jkompli jżid fil-popolarità, u ġimgħa wara ġimgħa qed isir appuntament favorit mat-tfal u fl-iskejjel virtwali.
23:37
May 5, 2020
It-tieni podcast
It-tieni podcast f’din is-sensiela ġdida “Xpatapumm!”, li fih se nkomplu nitkellmu dwar il-kotba, l-istejjer, dwar ir-regoli, u Clare Azzopardi se taqra minn ktieb favorit ta’ ħafna …
19:24
April 27, 2020
L-ewwel podcast
L-ewwel podcast f’din is-sensiela ġdida “Xpatapumm!”, li fih se nitkellmu dwar il-kotba, l-istejjer, kif qed inqattgħu l-ħin magħluqin id-dar, u Clare Azzopardi se taqra minn ktieb maġiku …
15:36
April 20, 2020